Friday, April 19, 2024

Prodotti tas-CBD se jitħallew jiċċirkolaw b’mod liberu mar-riforma tal-użu tal-kannabis

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Rigward is-CBD, il-Ministru Bonnici qal li hawn persuni li ilhom jinsistu li f’pajjiżna dawn il-prodotti għandhom jiċċirkolaw b’mod liberu. Huwa żied jgħid li dawn għandhom raġun għax il-Qorti Ewropea riċentament ikkonfermat li dawn għandhom jitħallew jiċċirkolaw.

Huwa spjega li s-CBD normalment tintuża biex jinħolqu prodotti li m’għandhomx effetti li għandhom prodotti tat-THC u ħafna drabi jintuża biex jagħmlu creams, shampoos, ċintorini u prodotti oħra. 

B’hekk meta tgħaddi din il-liġi dawn il-prodotti se jkunu qed jitħallew jintużaw f’pajjiżna b’mod liberu.

Sport