Thursday, December 26, 2024

Il-Kardinal Pell se jippubblika d-djarju li żamm fil-ħabs

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kardinal George Pell, li hu eks Ministru tal-Finanzi fil-Vatikan, se jippubblika d-djarju tiegħu li żamm meta kien il-ħabs. Ignatius Press, ħabbret li l-ewwel djarji pubblikati, li se jkunu ta’ madwar 1,000 paġna se jinħarġu fir-rebbiegħa tas-sena 2021. 

Ta’ min jgħid li l-Kardinal Pell kien meħlus mill-ħabs wara li tbiddlet is-sentenza fuq allegat abbuż sesswali fuq it-tfal. Il-Kardinal George Pell, li għandu 78 sena, kien inħeles mill-ħabs wara li l-ogħla Qorti Awstraljana biddlet is-sentenza tiegħu fuq allegat abbuż sesswali tat-tfal.

Fl-2018, l-eks teżorier tal-Vatikan kien instab ħati li abbuża minn żewġ subien f’Melbourne fis-snin disgħin u kien ikkundannat sitt snin ħabs. Iżda l-ogħla Qorti fl-Awstralja temmet din is-sentenza, wara li seba’ Imħallfin iddeċidew favur il-Kardinal Pell billi sabu li l-ġurija ma kinitx ikkunsidrat l-evidenza kollha li kienet ġiet preżentata.

Il-każ tiegħu kien ħasad il-Knisja Kattolika, wara li huwa kien wieħed mill-aktar konsulenti anzjani tal-Papa. “Dejjem żammejt kontinwament, l-innoċenza tiegħi waqt li kont qed insofri minn inġustizzja serja,” qal il-Kardinal Pell fi stqarrija wara d-deċiżjoni. Huwa kien serva 400 jum mis-sentenza tiegħu.

Ekonomija

Sport