Tħabbret il-mewt ta’ Kurt Westergaard; il-moħħ wara l-karikatura tal-profeta Mohammed li qajmet kontroversja fl-2005.
Huwa ħa l-fama internazzjonali fl-2005 b’karikatura kontroversjali tal-profeta Mohammed, iżda kien ilu jagħmel dan ix-xogħol sa mis-snin tmenin mal-gazzetta Jyllands-Posten.
Il-karikaturi tal-istess gazzetta fejn kien jaħdem Westergaard kienu r-raġuni wara bosta protesti fid-Danimarka segwiti wkoll minn attakki fuq ambaxxati Daniżi fejn anke mietu persuni.
Immaġini tal-profeta Mohammed huma meqjusin bħala taboo skont it-tradizzjoni Iżlamika u ħafna Musulmani jikkunsidraw dawn il-karikaturi bħala offiża lejn ir-reliġjon tagħhom.
Minħabba r-rabja, Westgaard għex ħajtu għal diversi snin taħt sigurtà stretta hekk kif anke kien hemm attentati fuq ħajtu.