Saturday, February 14, 2026

“Il-Karnival … it-tfal inkabbruhom kmieni?”- L-Arċipiet Michael Curmi

Aqra wkoll

Ninsabu f’dinja fejn għall-grazzja ta’ Alla, kulma jmur qed tiġi aktar konxja mill-perikli li jeżistu għat-tfal u l-adolexxenti tagħna. Kollna kemm aħna nafu li għall-grazzja ta’ Alla fid-dinja hawn mewġa pożittiva min-naħa tal-gvernijiet inkluż dak ta’ Malta, biex ibegħdu lit-tfal u l-adolexxenti minn kull tip ta’ riskju speċjalment fejn tidħol is-social media, u li din qed jeħduha bis-serjetà ħafna.

Dan iddikjarah Michael Curmi, Arcipriet fis-Sannat Għawdex, fejn spjega li lit-tfal tagħna fl-iskejjel, fil-lezzjonijiet tal-PSCD’s u f’diversi gruppi oħra (inkluż dawk tal-parroċċa u mhumiex) ngħallmuhom kemm għandhom joqgħodu attenti milli jperrċu ġisimhom permezz tas-social media, eċċ.

Curmi qal ukoll; “Nitħasseb meta kumpaniji taż-żfin u ġenituri bl-iskuża tal-karnival iperrċu lill-uliedhom (tfal ta’ etajiet ta’ 12, 13 u 14-il sena) b’kostumi u pożizzjonijiet suġġestivi u sesswali li normalment tarahom fuq kotba jew siti tal-adulti. Qisu anke hemm x-xewqa li t-tfal tagħna nkabbruhom kmieni, u anke nużawlhom ġisimhom għax-show”.

Qal li jinkwieta meta minn banda ttieħdu tant miżuri f’posthom biex inbegħdu lit-tfal tagħna milli xi ħadd jużgħalhom ħażin ‘il-ġisimhom, imbgħad mingħajr inkwiet ġisimhom jinkixef minn nies għeżież għalihom, li suppost jafu aħjar.

Curmi kompla jisħaq; “Quddiem dawn jiġuni f’moħħi tant nies li hawn jissieltu biex jaqtgħu ċerti vizzji minn ħajjithom, u kemm dawn jgħidulna li jitfagħhom lura ċertu lassiżmu ta’ indiċenza fl-ilbies fit-toroq (u xi darba anke fil-knejjes partikularment fit-tiġijiet)”

Din mhix kwistjoni ta’ skruplu, lanqas ma għandha tkun: “jekk ma jogħoġbokx, tħarisx!”, imma kwistjoni ta’ diċenza pubblika u prevenzjoni milli l-ġisem tat-tfal tagħna jiġi exploited u sesswalizzat.

Naraw ħafna kostumi u żifniet mill-isbaħ, fejn joħorġu ħafna kapaċitajiet artistiċi u koreografiċi u fl-istess ħin il-ġisem tat-tfal u tal-kbar jiġi rispettat! Prosit!

Tenna billi qal li huwa mhuwiex kontra l-karnival, anzi jixtieq li dawk li tant ilhom jippreparaw għall-karnival: karrijiet, kostumi, danzi eċċ, jirnexxu fl-iskop artistiku tagħhom, minkejja dan it-temp inklementi

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport