Thursday, December 26, 2024

Il-karozza tas-Sindku tal-Belt tingħata n-nar wara li jitkellem dwar inċidenti simili li seħħew f’dawn l-aħħar ġimgħat

Aqra wkoll

Is-Sindku tal-Belt Alfred Zammit safa fil-mira ta’ att vandalu wara li l-karozza tiegħu ngħatat in-nar fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu. Il-Pulizija kienu mgħarrfa bl-inċident għall-ħabta tan-12.30 a.m. u b’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Neville Camilleri.

Karozza li kienet ipparkjata viċin il-karozza ta’ Zammit ukoll ġarrbet ħsarat kaġun tan-nirien.

Dan l-inċident seħħ madwar ġimgħa wara li tkellem dwar il-kwistjoni ta’ vandaliżmu b’karozzi jingħataw in-nar. Fil-fatt matul dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm bosta inċidenti simili, b’numru ta’ residenti Beltin juru t-tħassib tagħhom dwar dan.

Il-ġimgħa li għaddiet Zammit talab lill-awtoritajiet u lill-pulizija biex jinvestigaw dawn l-inċidenti.

Ekonomija

Sport