Thursday, April 25, 2024

Il-katavru ta’ Lassana Cisse jintbagħat lura f’pajjiżu għad-difna

Aqra wkoll

Il-katavru ta’ Lassana Cisse Souleymane ntbagħat lura f’pajjiżu fil-Kosta tal-Avorju wara tliet snin mill-qtil tiegħu sabiex issirlu difna xierqa mill-familjari tiegħu. 

Ħabbar dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ian Borg, fuq il-midja soċjali fejn kompla jgħid li l-Gvern se jibqa’ juri soliidarjetà mal-familja ta’ Cisse.

Lassana huwa l-immigrant li nqatel fis-6 ta’ April tal-2019 fl-età ta’ 42 sena waqt li kien miexi għall-affari tiegħu fit-triq fil-limiti ta’ Birżebbuġa. Huwa kien missier ta’ żewġt itfal.

Fis-16 ta’ Ġunju kienet ngħatat l-aħħar tislima lil Lassane Cisse fil-Moskea ta’ Raħal Ġdid. L-Arċisqof Charles J. Scicluna kien esprima n-niket tiegħu għall-fatt li l-komunità kellha tiltaqa’ fil-Moskea biex issellem lil raġel li kellu ħolm, tamiet u proġetti li taru mar-riħ minħabba tiri sparati b’nuqqas ta’ rispett u mibegħda.

Sport