Saturday, April 20, 2024

Jesse Lingard qed jitkellem ma’ Everton

Aqra wkoll

L-attakkant tal-Ingilterra, Jesse Lingard, qed jitkellem ma’ Everton hekk kif illum huma player ħieles wara li l-bieraħ intemmlu l-kuntratt ma’ Manchester United.

Minkejja li qed jiġbed l-interess ta’ West Ham fejn l-istaġun li għadda kien misluf lil West Ham, il-player ta’ 29 sena jippreferi li jmur jilgħab f’Goodison Park.

Il-manager, Frank Lampard, qed jarah bħala s-sostitut denju ta’ Richarlison li għadu kif ingħaqad ma’ Tottenham.

Lampard irid lil Lingard jiffirma fi tmiem il-ġimgħa biex ikun parti mill-iskwadra li serja għal training camp fl-Istati Uniti.

Sport