Thursday, December 26, 2024

Il-każ bejn Barcelona u l-kumitat tekniku tar-referees …

Aqra wkoll

Il-president ta’ Barcelona, Joan Laporta, qabeż għad-difiża tal-club wara li saru allegazzjonijiet dwar ħlasijiet lill-eks viċi-president tal-Kumitat Tekniku għar-Referees, Enriquez Negreira.

Ftit qabel is-1.00 pm ta’ l-Erbgħa li għadda, ħarġet l-aħbar li Barcelona kienu ħallsu lil Negreira s-somma ta’ €1.392 miljuni fuq perjodu ta’ tliet snin għal xogħol ta’ konsulenza.

Dan ix-xogħol kien rappurtat sabiex ‘jiġi żgurat li deċiżjonijiet newtrali’ kienu qed jittieħdu mir-referees ta’ La Liga, u jipprovdu pariri dwar kif jittrattaw ir-referees.

Inqas minn sagħtejn wara, Laporta deher quddiem il-kamera biex jiddefendi l-azzjonijiet tal-club pubblikament, wara li l-club kien diġà ħareġ stqarrija.

“Fil-passat FC Barcelona kienu kkuntrattaw is-servizzi ta’ konsulent estern biex jikseb rapporti mingħand players fil-kategoriji inferjuri tal-football Spanjol, u pariri dwar ir-referees, li huwa servizz li clubs Spanjoli oħra jikru wkoll. Huwa normali ħafna li l-clubs jagħmlu dan.

“Tassew, l-aħbar hija sorprendenti, u mhux b’kumbinazzjoni li toħroġ issa.

“U li nista’ ngħid hu li mill-Fooball Club Barcelona, kull interpretazzjoni kritika, tendenzjuża li tinsinwa affarijiet li mhumiex, se tirċievi r-rispons proporzjonali u adegwat mill-club u għalhekk nirriservaw l-azzjonijiet kollha li huma meħtieġa biex niddefendu l-unur tal-club. Jien ngħid dan lill-partitarji ta’ Barcelona. Mhux ta’ b’xejn li din l-informazzjoni issa qed toħroġ f’dan iż-żmien meta Barca sejrin tajjeb. Mhijiex kumbinazzjoni.”

Fl-istqarrija tal-club, ġie nnutat ukoll li l-ħin tal-aħbarijiet kien inopportun għall-club, minħabba l-prestazzjoni tajba tagħhom bħalissa. Bl-istess mod, kieku Barcelona kienu għaddejjin minn żmien diffiċli, allura kien jidher qisu opportuniżmu allura, mill-perspettiva ta’ Laporta.

Laporta b’mod ċar iħoss li dan huwa parti minn kampanja maħmuġa, iżda fil-fatt ma jiċħadx l-allegazzjonijiet infushom. Mingħajr għarfien dwar l-użu ta’ clubs oħra ta’ servizzi ta’ konsulenza simili, huwa diffiċli li tkun taf jekk din hijiex prattika komuni jew le.

Ekonomija

Sport