Thursday, April 18, 2024

Il-każ ma kienx premeditat… L-allegat suspettat se jitressaq il-Qorti llejla

Aqra wkoll

Id-delitti kollha fl-aħħar erba’ snin solvuti mill-Pulizija

F’konferenza stampa mmexxija mill-kelliem għall-Pulizija Brandon Pisani assistit mid-Deputat Kummissarju Ramon Mercieca u s-Supretendent Keith Arnaud mill-Iskwadra tal-Omiċidji ngħataw l-aħħar dettalji b’rabta mal-investigazzjonijiet fl-omiċidju tal-Pollakka Paulina Demska.

Pisani spjega li l-investigazzjonijiet komplew minnufih wara li l—Erbgħa l-allegat suspettat inħareġ mill-Isptar Monte Carmeli. Huwa fakkar li l-Pulizija kellha tissospendi l-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-qtil minħabba li l-professjonisti ssuġġerew li ż-żagħżugħ jittieħed għall-kura.

Pisani spjega wkoll li l-investigazzjonijiet kienu ffukkati wkoll fuq dak li ħareġ fil-midja u dak li ntqal wara l-omiċidju. Sostna li bħal dejjem, il-Pulizija investigat kull allegazzjonijiet kriminali li wasliltilha. Pisani qal li mill-investigazzjonijiet li saru s’issa rriżulta li “Dan il-każ ma kienx premeditat, la kien hemm mira speċifika, la kien hemm xi mira fuq is-sess partikolari tal-vittma u li lanqas l-istess vittma ma kienet fil-mira tal-aggressur”.

Pisani kkonferma li l-qraba tal-vittma ġew megħjuna mill-Victim Support Unit fi ħdan il-Korp Tal-Pulizija.

Fuq nota pożittiva, il-Pulizija kkonfermat li d-delitti kollha li seħħew bejn l-2018 u din is-sena kollha ġew solvuti u dan jikkonferma l-impenn tagħha biex tassigura mis-sigurtà tal-poplu kollu.

Aktar Qabel: Il-Pulizija se tagħti konferenza tal-aħbarijiet fil-Kwartieri Ġenerali tal-Floriana.

Dan is-sit jinsab infurmat li l-konferenza se titratta l-qtil ta’ Paulina Dembska li seħħ fit-tieni ta’ Jannar 2022.

Intant is-suspettat bil-qtil tal-Pollakka mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard illejla għall-ħabta tas-6:30.

Ekonomija

Sport