Thursday, April 25, 2024

Impjegati li ma jkunux f’kuntatt mal-klijenti mhux obbligati jkunu mlaqqmin

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru Fearne ħabbar li mit-Tnejn li ġej, Ristoranti, Snack bars, bars u każini fost stabbilimenti oħra meqjusin bħala mhux essenzjali, se titneħħielhom r-regola tad-distanza bejn l-imwejjed u b’hekk dawn l-istabbilimenti se jkunu jistgħu jżidu l-klijenti skont kif permess mil-liċenzja tal-post.  Huwa qal li dan se jkun possibbli minħabba li l-istaff u l-klijenti se jkunu kollha mlaqqmin bil-booster.

Huwa żied jgħid li impjegati li ma jkunux f’kuntatt mal-klijenti f’ristoranti jew Uffiċini fost postijiet tax-xogħol oħra mhux se jkunu obbligati jkollhom ċertifikat tal-vaċċin. Intant dawk il-ħaddiema li għandhom kuntatt dirett mal-klijenti se jingħataw estenzjoni sal-1 ta’ Frar biex jitlaqqmu.

Il-Ministru Fearne qal li biex l-istabbilimenti jivverifikaw jekk il-klijenti humiex imlaqqmin jew le tnediet l-app CovPassMalta li permezz tagħha l-istabbilimenti se jkunu jistgħu jivverifikaw jekk dawk li jattendu humiex imlaqqmin bil-booster skont kif rikjest.

Sport