Iċ-champion tad-dinja tal-MotoGP Marc Marquez ammetta li teżisti possibbiltà kbira li jtemm il-karriera tiegħu fi żmien it-tliet snin li ġejjin.
L-Ispanjol ta’ 33 sena, li jikkompeti ma’ Ducati, stqarr li hemm 70% ċans li jirtira f’dan il-perjodu, filwaqt li l-possibbiltà li jkompli hija ta’ 30%.
Marquez spjega li l-kuntratt tiegħu ma’ Ducati, li jibqa’ validu sal-aħħar tal-2028, jista’ jkun l-aħħar wieħed fil-karriera tiegħu.
Id-deċiżjoni tiegħu se tiddependi wkoll mill-kundizzjoni fiżika tiegħu, wara diversi injuries serji li għadda minnhom matul is-snin, partikolarment f’idu l-leminija.
Iċ-champion Spanjol reġa’ sab is-suċċess fl-2025 meta rebaħ it-titlu mondjali tal-MotoGP għall-ewwel darba mill-2019. Madankollu, għadu ma ħabbarx data uffiċjali għall-irtirar tiegħu.





