Pep Guardiola rċieva diversi offerti finanzjarji sostanzjali mill-Arabja Sawdija, iżda l-coach Spanjol m’għandu l-ebda intenzjoni li jirritorna għat-tmexxija ta’ team qabel l-istaġun li ġej.
L-aġent tiegħu, Josep Maria Orobitg, ikkonferma li kien hemm kuntatti permezz ta’ intermedjarji fl-aħħar jiem, iżda ma żvelax l-identità tal-clubs interessati.
Orobitg qal li Guardiola ma kienx lest jikkunsidra dawn il-proposti.
Il-coach ta’ 55 sena bħalissa qed igawdi perjodu ta’ mistrieħ wara l-esperjenza tiegħu ma’ Manchester City, fejn mexxa lill-club għal għaxar snin.
Matul dan iż-żmien rebaħ sitt titli tal-Premier League u ċ-Champions League fl-2023, fost unuri oħra.
Minkejja l-interess mill-Arabja Sawdija, Guardiola qed jiffoka fuq il-waqfa temporanja tiegħu mill-football.




