Thursday, November 19, 2026
Home Sport Rankings tal-FIFA: Malta tinżel post wara żewġ draws

Rankings tal-FIFA: Malta tinżel post wara żewġ draws

0
30

Fir-ranking tal-FIFA, It-team Malti, li fl-aħħar żewġ logħbiet ġew darbtejn draw 1-1 kontra Iswatini u Ġibilta’, niżel post u issa jinsab fil-161 wieħed. Andorra jinsabu fil-173 post (+2) u Ġibilta’ fil-200 post (+1).

Sadanittant, Spanja żammew l-ewwel post minkejja li raw is-sensiela impressjonanti ta’ 43 partita mingħajr telfa tintemm kontra l-Ingilterra.

L-Arġentina baqgħu fit-tieni post, segwiti minn Franza fit-tielet post, filwaqt li l-Ingilterra tinsab fir-raba’ post.

L-akbar progress għamluh il-Marokk, li telgħu żewġ postijiet għall-ħames post, l-aqwa klassifikazzjoni fl-istorja tiegħu minn meta beda jiġi ppubblikat dan ir-ranking fl-1993.

Il-Marokk qabżu lill-Portugall u lill-Brażil, li niżlu fis-sitt u s-seba’ pożizzjonijiet rispettivament. Il-Belġju jinsabu fit-tmien post, segwiti mill-Olanda u l-Kolumbja, li reġgħu daħlu mal-ewwel għaxra għall-ewwel darba minn Ottubru 2024.

Il-Kanada wkoll kisbu klassifikazzjoni storika meta telgħu fil-25 post. 

Ir-ranking li jmiss se jiġi ppubblikat fis-16 ta’ Diċembru 2026.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here