Thursday, November 19, 2026
Home Sport Rankings tal-FIFA: It-team Malti tan-Nisa jitla’ fid-90 post

Rankings tal-FIFA: It-team Malti tan-Nisa jitla’ fid-90 post

0
23

It-team nazzjonali Malti tan-nisa tela’ żewġ postijiet fir-rankings tal-FIFA u mit-88 post tela’ fid-90 wieħed minn total ta’ 198 team u sitta oħra mhux klassifikati.

Sadanittant, Spanja kompliet issaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fil-quċċata fejn żiedet il-vantaġġ fuq l-Istati Uniti wara l-aħħar impenji internazzjonali.

Iċ-champions tad-dinja żammew l-ewwel post wara rebħa ta’ 2-0 u draw ta’ 2-2 kontra l-Istati Uniti fiż-żewġ konfronti bejniethom.

L-Istati Uniti jinsabu fit-tieni post, segwiti mill-Ġermanja fit-tielet post u l-Ingilterra fir-raba’ post. Il-Ġappun jinsab fil-ħames post, segwit minn Franza, il-Brażil, l-Iżvezja u l-Kanada.

Id-Danimarka telgħet żewġ postijiet u daħlet fl-għaxar post, għall-ewwel darba minn Awwissu 2010.

L-akbar qabża għamluha l-Malawi, li telgħu 49 post għall-104 post, wara li waslu sal-finali tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani tan-Nisa. 

Ir-rankings li jmiss se jiġi ppubblikat fis-7 ta’ Diċembru 2026.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here