L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li bejn it-Tnejn u t-Tlieta feġġew 333 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 149 oħra li kienu dikjarati bħala li fiequ mill-virus. B’hekk it-total ta’ każi attivi żdiedu għal 2,723.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija baqa’ 624.
Fl-Isptar Mater Dei hemm 41 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus, b’persuna minnhom tinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Sat-Tnejn filgħaxija kienu ngħataw 1,253,224 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 348,666 kienu dożi tal-booster.