Tuesday, December 24, 2024

Il-każi attivi jerġgħu jiżdiedu bi ftit

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna telgħu għal 1,313 wara li fl-aħħar sigħat il-każi ġodda reġistrati kienu aktar minn dawk ta’ fejqan.

F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 81 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 61 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. 

L-ammont ta’ mwiet baqa’ dak ta’ 468 wara li bejn il-Ħadd u t-Tnejn ma kienet irreġistrata l-ebda mewt relatata mal-Covid-19. 

Fl-Isptar Mater Dei dawk il-persuni li qed jingħataw il-kura minħabba l-Covid-19 issa huma 22 bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-bieraħ filgħaxija, kienu ngħataw b’kollox 974,618 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 135,048 kienu dożi tal-booster.

Ftit tal-jiem ilu tħabbar li kull min għandu ‘l fuq minn 50 sena issa jista’ japplika għall-booster kontra l-Covid-19 fuq vaccin.gov.mt.

Ekonomija

Sport