Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 76 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 160 persuna.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 2,148.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija tela’ għal 716 wara li fil-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa kien irrappurtat li mietu żewġ persuni waqt li kienu pożittivi għall-virus.