Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 141 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 406 persuni.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 3,082.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija tela’ għal 787 wara li fil-lejl ta’ bejn it-Tnejn u t-Tlieta mietet persuna oħra waqt li kienet pożittiva għall-virus.