Tuesday, May 14, 2024

“Ir-Russja qed tirrikatta lill-Ewropa bit-tnaqqis fil-provvista tal-gass biex tbeżża’ lin-nies”

Il-President Ukren, Volodymyr Zelensky

Aqra wkoll

Il-kumpanija tal-enerġija Russa, Gazprom, fis-sigħat li għaddew ħabbret li għal darb’oħra se tkun qed tnaqqas il-provvista tal-gass lejn il-Ġermanja sabiex tkun tista’ twettaq xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-pipline Nord Stream 1. Din id-darba hija żvelat li se tkun qed tnaqqas il-provvista bin-nofs ta’ dak li s-soltu kienet tkun provduta.

Il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, irrimarka li din l-azzjoni fuq il-provvista tal-gass min-naħa tar-Russja hija sempliċiment “Rikatt lejn l-Ewropa biex tbeżża’ lin-nies”.

Iktar kmieni dan ix-xahar, il-pipeline Nord Stream 1 — li twassal il-gass mir-Russja għall-Ġermanja — għamlet għaxart ijiem sħaħ wieqfa minħabba tiswijiet li matulhom nisslet sensazzjoni ta’ biża’ fost il-pajjiżi Ewropej għax ħasbu li r-Russja mhix se tkompli tipprovdi gass lill-Unjoni Ewropea minħabba s-sanzjonijiet b’rabta mal-gwerra fl-Ukrajna. Madanakollu, il-provvista tal-gass lejn l-Ewropa kompliet ħamest ijiem ilu, però bi provvista ferm inqas minn dik li s-soltu kienet tkun provduta.

Sport