Thursday, April 18, 2024

Il-każi attivi jitilgħu għal 46; 66 każ ieħor attiv fost l-immigranti li ddaħħlu Malta lbieraħ

Aqra wkoll

Il-każi attivi ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19 issa jammonta għal 46, b’66 immigrant ieħor pożittiv mill-94 immigrant li ddaħħlu lbieraħ. Matul l-aħħar 24 siegħa n-numru ta’ swab tests li saru kienu jammontaw għal 1,615, biex issa t-total kumplessiv ta’ swab tests jammonta għal 123,963.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li tnejn mill-każi tal-lum jifformaw parti minn cluster ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19 relatati mal-party Hotel Takeover.

Fl-istess waqt kien hemm ħames każi li rriżultaw pożittivi li huma marbutin mal-festa ta’ Santa Venera. Ħames każi oħrajn huma ġew deskritti bħala li huma każi sporadiċi.

Ekonomija

Sport