Saturday, December 21, 2024

Il-każi attivi jiżdiedu bi ftit u tmut mara oħra

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li bejn l-Ġimgħa u s-Sibt feġġew 121 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 75 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. It-total ta’ każi attivi bħalissa huma 845.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 41 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-Covid-19, bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. 

L-imwiet relatati mal-imxija tal-Covid-19 issa telgħu għal 608 wara li fl-aħħar sigħat mietet mara ta’ 64 sena waqt li kienet pożittiv bil-virus.

Sal-Ġimgħa filgħaxija kienu ngħataw 1,245,089 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 344,315 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport