Fl-aħħar 24 siegħa, 37 persuna fiequ mill-Coronavirus, u ġew kkonfermati 22 każ ġdid minn fost 2,067 swab test li saru.
L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-aħħar każijiet għadhom qed jiġu investigati.
Sadanittant, mill-każijiet tal-bieraħ, sitta kienu membri tal-familja minn każijiet diġà magħrufa, tlieta kienu kollegi tax-xogħol ta’ każ pożittiv, każ ieħor kien preżenti f’ġabra ta’ nies, u każ ieħor impurtat.