Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 178 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 403 persuni.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 3,752.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija baqa’ dak ta’ 698 wara li fil-lejl ta’ bejn l-Ħamis u l-Ġimgħa ma kinux irrappurtati mwiet ta’ persuni li kienu pożittivi għall-virus.