Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 442 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 156 persuna.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 4,952.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija baqgħu 740 wara li fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd ma kienet rappurtata l-ebda mewta relatata mal-virus.