Il-każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna issa huma 907 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa feġġew 71 każ ġdid u kien hemm 30 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus.
L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li bħalissa hemm 16-il pazjent li qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid-19, bi tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
It-total ta’ mwiet baqa’ 464 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet reġistrata l-ebda mewt kawża tal-Covid-19.
Sat-Tnejn filgħaxija kienu ngħataw 933,791 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 99,506 kienu dożi tal-booster.