Friday, April 19, 2024

Mara arrestata fl-ajruport b’rabta ma’ pussess ta’ madwar 2kg kokaina

Aqra wkoll

Kmieni lbieraħ filgħodu, il-Pulizija arrestat Olandiża ta’ 44 sena mal-wasla tagħha minn Brussell.

Informazzjoni li kellha l-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fuq passiġġiera li kienet ġejja mill-Belġju u li x’aktarx kienet fil-pussess tad-droga, irriżultat fil-pożittiv, fejn wara li saret tfittxija fuqha fil-pussess tagħha nstabu ftit iktar minn żewġ kilos droga suspettata kokaina, b’valur fit-triq ta’ kważi €260,000.

Il-mara ġiet skortata lejn il-lockup fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana għall-aktar stħarriġ.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Charmaine Galea, fejn ħatret diversi esperti.

Il-mara se titressaq il-Qorti, għall-ħabta tas-2.00p.m., quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella.

Sport