Thursday, December 2, 2021

Il-każi attivi ta’ Covid-19 jaqbżu d-900

Aqra wkoll

Il-każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna issa huma 907 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa feġġew 71 każ ġdid u kien hemm 30 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. 

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li bħalissa hemm 16-il pazjent li qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid-19, bi tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

It-total ta’ mwiet baqa’  464 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet reġistrata l-ebda mewt kawża tal-Covid-19.

Sat-Tnejn filgħaxija kienu ngħataw 933,791 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 99,506 kienu dożi tal-booster.

Sport