Wednesday, March 27, 2024

Tinżamm arrestata wara li ġiet mixlija bl-importazzjoni ta’ żewġ kilogrammi kokaina

Aqra wkoll

Olandiża ta’ 44 sena nżammet arrestata wara li ġiet mixlija li importat u kellha fil-pussess tagħha żewġ kilogrammi kokaina, liema droga l-valur tagħha fit-triq huwa ta’ madwar €260,000. 

Anuschka Arlette Halma kienet arrestata kmieni lbiieraħ filgħodu mal-wasla tagħha minn Brussell. Fil-Qorti ħareġ li l-pulizija kellha informazzjoni li passiġġiera li kienet ġejja mill-Belġju x’aktarx kienet fil-pussess tad-droga. Din l-informazzjoni irriżultat fil-pożittiv u minn tfittxija li saret fuqha nstabet id-droga.

Hija tressqet quddiem il-Maġistrat Monica Vella fejn wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontra tagħha u baqgħet tinżamm taħt arrest preventiv.

L-Avukat Anna Maria Gaffiero Muscat Drago dehret għal Halma.

Ekonomija

Sport