Thursday, December 26, 2024

Il-każi ġodda t-tripplu ta’ dawk li fiequ

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mit-3,354 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm 240 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 80 persuna li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi jitilgħu għal 2,519.

Intant l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li mill-każi reġistrati lbieraħ kien hemm 42 persuna li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom li kienu diġà pożittivi, 11-il każ ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, sitt każi ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ persuna oħrajn pożittivi, u 11-il każ minn attivitajiet soċjali.

Ekonomija

Sport