Matul l-aħħar 24 siegħa nstabu 111 każ ġdid ta’ COVID-19 f’pajjiżna, filwaqt li kienu ddikjarati mfejqa 67 persuna.
Preżentament, in-numru ta’ persuni li bħalissa jinsabu rikoverati f’Mater Dei huma 21 bi tlieta minn dawn qegħdin rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Mil-lat ta’ proċess ta’ vaċċinazzjoni, sa issa ingħataw iktar minn 145,000 doża tal-booster.