Saturday, December 21, 2024

Il-każi tal-Covid-19 jerġgħu jonqsu fil-Premier League Ingliż

Aqra wkoll

Il-Premier League Ingliż nhar it-Tnejn qal li kien irrapporta 72 każ ġdid tal-Covid-19 fl-aħħar ġimgħa, it-tieni waħda konsekuttiva li fiha kien hemm tnaqqis fil-każi pożittivi.

“Il-Premier League jista’ llum jikkonferma li bejn it-Tnejn, 3 ta’ Jannar, u l-Ħadd, 9 ta’ Jannar, ġew amministrati 12,973 test tal-Co­vid-19 fuq players u persunal tal-clubs. Minn dawn, kien hemm 72 każ pożittiv ġdid,” qal fi stqarrija.

Il-kampjonat kien irreġistra 94 każ bejn is-27 ta’ Diċembru u t-2 ta’ Jannar, filwaqt li kien hemm 103 pożittivi – rekord ta’ kull ġimgħa – bejn l-20 u s-26 ta’ Diċembru.

Dsatax-il partita ġew posposti mix-xahar li għadda minħabba t- tifqigħat tal-Covid-19 f’diversi clubs.

Il-logħba ta’ Leicester City għand Everton tal-bieraħ it-Tlieta ġiet posposta il-Ħadd wara li l- Foxes qalu li kellhom skwadra             mnaqqsa minħabba każijiet tal- Covid-19, players imweġġa’ u oħ­rajn fuq dmirijiet internazzjonali fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani.

“Is-sigurtà ta’ kulħadd tibqa’ prijorità u l-Premier League qed jieħu l-passi kollha ta’ prekawzjoni b’reazzjoni għall-impatt tal-varjant Omicron. Il-Lega reġgħet marret għall-Miżuri ta’ Emerġenza tagħha, u żiedet l-ittestjar tal-players u l-persunal tal-club,” żied jgħid il-kampjonat.

Ekonomija

Sport