Monday, October 6, 2025

‘Il-kċina hi mezz ta’ komunikazzjoni universali li jgħaqqad kulturi differenti’ – Chef Letizia Vella

Aqra wkoll

Meta taħseb fil-kċina Maltija u f’dak kollu li qed jiġri fil-qasam kulinarju f’pajjiżna, isem wieħed li bla dubju qiegħed dejjem fuq fomm kulħadd hu dak ta’ Chef Letizia Vella. Magħrufa għall-esperjenza tagħha f’MasterChef Malta u għar-ristorant tagħha The Golden Fork, Letizia għadha kemm rebħet għat-tieni sena konsekuttiva l-premju prestiġġjuż “Knife for Excellence” waqt il-Best Chef Awards li saru f’Milan. Dan hu wieħed mill-unuri l-aktar mixtieqa fid-dinja kulinarja, fejn kokijiet minn madwar id-dinja jingħaqdu flimkien biex jiċċelebraw il-kreattività u l-innovazzjoni fil-kċina.

Meta tkellimna ma’ Letizia f’intervista esklussiva li tatna dwar dan l-unur, b’sens ta’ emozzjoni u gratitudni qalet:
“Għalija hu ta’ sodisfazzjon kbir li rbaħt dan il-premju għat-tieni sena konsekuttiva. L-aktar ħaġa sabiħa hi li ġejt rikonoxxuta minn fost ħafna kokijiet kbar minn madwar id-dinja. Dan jagħtini kuraġġ u enerġija u jagħmilni kburija mhux biss għalija imma wkoll għal pajjiżi. L-industrija kulinarja f’Malta għamlet qabża kbira, speċjalment fil-qasam tal-hekk imsejjaħ fine dining, fejn in-nies bdew japprezzaw ikel ta’ kwalità u mhux sempliċement biex jimlew żaqqhom.”

Letizia tgħid li fl-aħħar ħames snin il-mentalità nbidlet ħafna. “Illum għandek klijenti li verament qed ifittxu esperjenza unika. Jiġu għandek mhux biss biex jieklu, imma biex jaraw sew l-arti tal-platt. Iva għax jien nemmen li t-tisjir hi arti sabiħa. Din hi bidla kbira fil-kultura tagħna,” żiedet tgħid.

Meta staqsejna kif bdiet l-imħabba tagħha lejn il-kċina, Letizia tbissem u qalet:
“Fil-bidu qatt ma ħsibt li nista’ nsir chef. Imma l-imħabba lejn l-ikel kienet dejjem hemm. L-ikel għandu l-qawwa jgħaqqad lill-familja, iġib diskussjonijiet sbieħ u jħoloq memorji. Iddeċidejt li mmur fl-Institute of Tourism Studies (ITS) biex nistudja l-arti tal-kċina, u minn hemm bdejt nara li din kienet it-triq tiegħi.”

Il-karriera tagħha ħadet żvolta meta marret taħdem Londra. “Dak kien punt kruċjali. Hemmhekk tgħallimt dixxiplina, teknika u wkoll il-kunċett li permezz tal-ikel tista’ tesprimi lilek innifsek. Londra tatni ħafna, imma fl-istess ħin ninduna kemm għandna kultura gastronomika rikka fil-Mediterran li ma tistax tiġi injorata.”

Ma stajniex ma nistaqsux mistoqsija li ħafna jaħsbu dwarha: x’inhu s-sigriet ta’ ikla tajba? Letizia kienet ċara ħafna:
“L-ewwelnett importanti li jkollok ingredjenti tajbin. Kollox jibda minn hemm. Tista’ tkun l-aqwa chef, imma jekk il-prodott li qed tuża mhuwiex ta’ livell, diffiċli ħafna toħloq xi ħaġa kbira. Anke ingredjent li mhux daqshekk popolari bħall-caviar jew it-truffle, jekk ma jkunx frisk jew ta’ kwalità, ma jirnexxilekx toħroġ minnu dak kollu li għandu. Wara l-ingredjenti, għandek bżonn ukoll passjoni. Jekk ma titfax qalbek f’dak li qed tagħmel, in-nies jinnutaw.”

Interessanti wkoll li Letizia kellha esperjenza ta’ ġimagħtejn fir-ristorant Alchemist f’Copenhagen, immexxi minn Rasmus Munk, li rebbaħ l-unur tal-“Best Chef” din is-sena. “Kien ta’ ispirazzjoni kbira li naqsam il-kċina ma’ tim bħal dak. Tgħallimt ħafna, mhux biss fuq it-teknika imma fuq il-kunċett li l-kċina tista’ tkun forma ta’ arti u spettaklu li tmur lil hinn mill-ikel innifsu.”

Letizia tħoss li f’Malta l-industrija tal-ikel tinsab f’fażi pożittiva. “Illum għandna ħafna ristoranti li qed joffru esperjenza ta’ livell għoli. Ħames snin ilu kienet differenti, imma llum nara li hawn aktar dixxiplina, aktar rispett lejn il-prodott u ħafna iktar kreattività. L-ikel m’għadux biss funzjonali, sar parti minn esperjenza kulturali.”

Imma kif inhi l-ħajja ta’ kok fil-prattika? Letizia tgħid ċar: “Li hu żgur li m’hemmx vaganzi, m’hemmx festi pubbliċi. Fil-fatt, dawk huma l-aktar ġranet impenjattivi. Imma meta tħobb dak li tagħmel, kollox jiġi waħdu. Jien insib ferħ kbir meta nara nies jitilqu kuntenti mir-ristorant. Dik hi l-akbar sodisfazzjon tiegħi.”

Meta staqsejnieha fejn taraha minn hawn u għaxar snin oħra, Letizia ħarset ftit ’il bogħod u qalet:
“Ma nafx x’għad jiġri, imma naf ħaġa: se nibqa’ nsajjar. Din hi l-passjoni tiegħi u hi wkoll l-identità tiegħi. Barra minn hekk, jien qiegħda f’intrapriża wkoll. Nara lili nnifsi nkun għadni qed niżviluppa u nsib ferħ fil-kċina. Nittama li nkun stajt ukoll nispira iktar ġenerazzjonijiet ta’ kokijiet Maltin biex imorru iktar ’il quddiem.”

Bħala messaġġ finali, Letizia tkellem direttament maż-żgħażagħ u dawk li jixtiequ jaqbdu triq fil-kċina:

“Qatt m’għandkom taqtgħu qalbkom. Kollox jibda pass pass. Ħadd ma jsir professjonali mill-ewwel. Jekk għandek il-passjoni, imxi warajha. Il-kċina hi xogħol iebes imma fl-istess ħin hi arti li tagħtik identità u sodisfazzjon kbir. Jien nara lili nnifsi xortik tajba ħafna għax kull jum naqbad nagħmel xi ħaġa li nħobb u nista’ naqsmu man-nies.”

L-istorja ta’ Letizia Vella hi waħda ta’ determinazzjoni, passjoni u kuraġġ. Minn studenta tal-ITS għal koka li qiegħda tagħmel isem għal pajjiżna fuq livell internazzjonali, hija xhieda ta’ kif id-determinazzjoni tista’ twasslek ’il bogħod. Il-fatt li rebħet l-istess premju prestiġġjuż għal sentejn konsekuttivi juri mhux biss il-kapaċità tagħha, imma wkoll il-qabża li qed tagħmel il-kċina Maltija fuq livell globali.

Barra mill-unuri u r-rikonoxximenti, Letizia Vella tibqa’ persuna umli u qrib tan-nies. Għaliha, kull platt li toħroġ mill-kċina tagħha għandu jkun storja li twassal emozzjoni. Hi temmen li l-kċina hi mezz ta’ komunikazzjoni universali li jgħaqqad kulturi differenti. 

Filwaqt li kisbet suċċessi internazzjonali, Letizia qatt ma nsiet l-għeruq tagħha Maltin u ta’ spiss tħobb tuża prodotti lokali biex toħloq esperjenzi ġodda. Għaliha, il-passjoni lejn il-kċina hi aktar minn professjoni anzi hi stil ta’ ħajja li joffrilha sfidi iżda wkoll pjaċir kbir kuljum.‘Il-kċina hi mezz ta’ komunikazzjoni universali li jgħaqqad kulturi differenti’ – Chef Letizia Vella

Filwaqt li kisbet suċċessi internazzjonali, Letizia qatt ma nsiet l-għeruq tagħha Maltin u ta’ spiss tħobb tuża prodotti lokali biex toħloq esperjenzi ġodda. Għaliha, il-passjoni lejn il-kċina hi aktar minn professjoni anzi hi stil ta’ ħajja li joffrilha sfidi iżda wkoll pjaċir kbir kuljum.

Meta tkellimna ma’ Letizia f’intervista esklussiva li tatna dwar dan l-unur, b’sens ta’ emozzjoni u gratitudni qalet: “Għalija hu ta’ sodisfazzjon kbir li rbaħt dan il-premju għat-tieni sena konsekuttiva. L-aktar ħaġa sabiħa hi li ġejt rikonoxxuta minn fost ħafna kokijiet kbar minn madwar id-dinja. Dan jagħtini kuraġġ u enerġija u jagħmilni kburija mhux biss għalija imma wkoll għal pajjiżi. L-industrija kulinarja f’Malta għamlet qabża kbira, speċjalment fil-qasam tal-hekk imsejjaħ fine dining, fejn in-nies bdew japprezzaw ikel ta’ kwalità u mhux sempliċement biex jimlew żaqqhom.”

Letizia tgħid li fl-aħħar ħames snin il-mentalità nbidlet ħafna. “Illum għandek klijenti li verament qed ifittxu esperjenza unika. Jiġu għandek mhux biss biex jieklu, imma biex jaraw sew l-arti tal-platt. Iva għax jien nemmen li t-tisjir hi arti sabiħa. Din hi bidla kbira fil-kultura tagħna,” żiedet tgħid.

Meta staqsejna kif bdiet l-imħabba tagħha lejn il-kċina, Letizia tbissem u qalet:
“Fil-bidu qatt ma ħsibt li nista’ nsir chef. Imma l-imħabba lejn l-ikel kienet dejjem hemm. L-ikel għandu l-qawwa jgħaqqad lill-familja, iġib diskussjonijiet sbieħ u jħoloq memorji. Iddeċidejt li mmur fl-Institute of Tourism Studies (ITS) biex nistudja l-arti tal-kċina, u minn hemm bdejt nara li din kienet it-triq tiegħi.”

Il-karriera tagħha ħadet żvolta meta marret taħdem Londra. “Dak kien punt kruċjali. Hemmhekk tgħallimt dixxiplina, teknika u wkoll il-kunċett li permezz tal-ikel tista’ tesprimi lilek innifsek. Londra tatni ħafna, imma fl-istess ħin ninduna kemm għandna kultura gastronomika rikka fil-Mediterran li ma tistax tiġi injorata.”

Ma stajniex ma nistaqsux mistoqsija li ħafna jaħsbu dwarha: x’inhu s-sigriet ta’ ikla tajba? Letizia kienet ċara ħafna: “L-ewwelnett importanti li jkollok ingredjenti tajbin. Kollox jibda minn hemm. Tista’ tkun l-aqwa chef, imma jekk il-prodott li qed tuża mhuwiex ta’ livell, diffiċli ħafna toħloq xi ħaġa kbira. Anke ingredjent li mhux daqshekk popolari bħall-caviar jew it-truffle, jekk ma jkunx frisk jew ta’ kwalità, ma jirnexxilekx toħroġ minnu dak kollu li għandu. Wara l-ingredjenti, għandek bżonn ukoll passjoni. Jekk ma titfax qalbek f’dak li qed tagħmel, in-nies jinnutaw.”

Interessanti wkoll li Letizia kellha esperjenza ta’ ġimagħtejn fir-ristorant Alchemist f’Copenhagen, immexxi minn Rasmus Munk, li rebbaħ l-unur tal-“Best Chef” din is-sena. “Kien ta’ ispirazzjoni kbira li naqsam il-kċina ma’ tim bħal dak. Tgħallimt ħafna, mhux biss fuq it-teknika imma fuq il-kunċett li l-kċina tista’ tkun forma ta’ arti u spettaklu li tmur lil hinn mill-ikel innifsu.”

Letizia tħoss li f’Malta l-industrija tal-ikel tinsab f’fażi pożittiva. “Illum għandna ħafna ristoranti li qed joffru esperjenza ta’ livell għoli. Ħames snin ilu kienet differenti, imma llum nara li hawn aktar dixxiplina, aktar rispett lejn il-prodott u ħafna iktar kreattività. L-ikel m’għadux biss funzjonali, sar parti minn esperjenza kulturali.”

Imma kif inhi l-ħajja ta’ kok fil-prattika? Letizia tgħid ċar: “Li hu żgur li m’hemmx vaganzi, m’hemmx festi pubbliċi. Fil-fatt, dawk huma l-aktar ġranet impenjattivi. Imma meta tħobb dak li tagħmel, kollox jiġi waħdu. Jien insib ferħ kbir meta nara nies jitilqu kuntenti mir-ristorant. Dik hi l-akbar sodisfazzjon tiegħi.”

Meta staqsejnieha fejn taraha minn hawn u għaxar snin oħra, Letizia ħarset ftit ’il bogħod u qalet:
“Ma nafx x’għad jiġri, imma naf ħaġa: se nibqa’ nsajjar. Din hi l-passjoni tiegħi u hi wkoll l-identità tiegħi. Barra minn hekk, jien qiegħda f’intrapriża wkoll. Nara lili nnifsi nkun għadni qed niżviluppa u nsib ferħ fil-kċina. Nittama li nkun stajt ukoll nispira iktar ġenerazzjonijiet ta’ kokijiet Maltin biex imorru iktar ’il quddiem.”

Bħala messaġġ finali, Letizia tkellem direttament maż-żgħażagħ u dawk li jixtiequ jaqbdu triq fil-kċina:

“Qatt m’għandkom taqtgħu qalbkom. Kollox jibda pass pass. Ħadd ma jsir professjonali mill-ewwel. Jekk għandek il-passjoni, imxi warajha. Il-kċina hi xogħol iebes imma fl-istess ħin hi arti li tagħtik identità u sodisfazzjon kbir. Jien nara lili nnifsi xortik tajba ħafna għax kull jum naqbad nagħmel xi ħaġa li nħobb u nista’ naqsmu man-nies.”

L-istorja ta’ Letizia Vella hi waħda ta’ determinazzjoni, passjoni u kuraġġ. Minn studenta tal-ITS għal koka li qiegħda tagħmel isem għal pajjiżna fuq livell internazzjonali, hija xhieda ta’ kif id-determinazzjoni tista’ twasslek ’il bogħod. Il-fatt li rebħet l-istess premju prestiġġjuż għal sentejn konsekuttivi juri mhux biss il-kapaċità tagħha, imma wkoll il-qabża li qed tagħmel il-kċina Maltija fuq livell globali.

Barra mill-unuri u r-rikonoxximenti, Letizia Vella tibqa’ persuna umli u qrib tan-nies. Għaliha, kull platt li toħroġ mill-kċina tagħha għandu jkun storja li twassal emozzjoni. Hi temmen li l-kċina hi mezz ta’ komunikazzjoni universali li jgħaqqad kulturi differenti. 

Filwaqt li kisbet suċċessi internazzjonali, Letizia qatt ma nsiet l-għeruq tagħha Maltin u ta’ spiss tħobb tuża prodotti lokali biex toħloq esperjenzi ġodda. Għaliha, il-passjoni lejn il-kċina hi aktar minn professjoni anzi hi stil ta’ ħajja li joffrilha sfidi iżda wkoll pjaċir kbir kuljum.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport