Saturday, December 21, 2024

Il-KE konvinta mill-pjan tal-enerġija ta’ pajjiżna

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni Ewropea laqgħet l-abbozz ippreżentat minn Malta bħala parti mill-pjan nazzjonali għall-enerġija u l-klima. Fl-assessjar tagħha dwar Malta, il-Kummissjoni Ewropea elenkat il-ħames oqsma li fihom rat żvilupp pożittiv, filwaqt li żiedet ir-rakkomandazzjonijiet dwar kif dan il-pjan, li għandu jiġi ppreżentat fil-verżjoni finali tiegħu f’Ġunju 2024, jista’ jitjieb. 

Il-Kummissjoni għaddiet rimarki pożittivi dwar ix-xogħol kontinwu ta’ Malta fis-sigurtà tal-enerġija, id-dekarbonizazzjoni fis-settur tat-trasport, l-impenji internazzjonali taħt il-Ftehim ta’ Pariġi, l-emissjonijiet u s-setturi ta’ riċerka u innovazzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea rrikonoxxiet dak li iddeskriviet bħal sforzi “konvinċenti” biex Malta ssaħħaħ is-sigurtà fl-enerġija, b’investimenti bla precedent u policies fis-settur tal-enerġija.

Speċifikament, il-Kummissjoni ddeskriviet il-pjan tas-sigurtà tal-enerġija bħala “b’mod konvinċenti” li jistabbilixxi miri u policies biex tittejjeb is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija permezz tal-pjanijiet biex jiżdiedu r-rinnovabbli u miżuri li jsaħħu l-effiċjenza, fost oħrajn. Dwar l-emissjonijiet mhux tas-CO2, (non-CO2 emissions), il-Kummissjoni Ewropea laqgħet pjanijiet biex tindirizza l-emissjonijiet tal-metan fil-ġestjoni tal-iskart u l-emissjonijiet N20 mis-settur agrikolu, inkluż il-ġestjoni tad-demel. Dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-Kummissjoni faħħret l-inizjattiva ta’ bejn Malta u Ċipru biex jippromwovu attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni.

Bħala parti minn dan l-abbozz, Malta stabbilixxiet ukoll pjan għall-użu ta’ vetturi u transport li ma jniġġsux jew iniġġsu anqas u l-proġett tax-shore-to-ship, liema proġett diġa ħaddem tliet cruise liners.

Bħar-rapporti li rċivew il-Membri Stati l-oħra, il-Kummissjoni Ewropea elenkat ukoll ħames oqsma li jeħtieġu aktar informazzjoni fil-pjan, qabel is-sottomissjoni finali f’Ġunju tas-sena d-dieħla.

Il-Gvern Malti tenna l-impenn tiegħu li jibqa’ jkun ta’ spalla għall-familji u n-negozji fid-dawl taż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija. Il-Gvern għażel l-istabbiltà tal-prezzijiet biex jassigura l-istabilità ekonomika. Il-politika ta’ stabbiltà hija ta’ interess primarju wkoll bħala għodda biex tiġġieled l-inflazzjoni, u b’hekk tissalvagwardja lill-konsumaturi, partikolarment l-iktar vulnerabbli.

Malta stabbilixxiet pjan ambizzjuż għall-użu tal-enerġija rinnovabbli minkejja d-daqs tagħha. Il-pajjiż għandu l-mira li juża riżorsi potenzjali oħra bħall-ibħra għall-użu akbar tar-rinovabbli. Il-gvern Malti huwa impenjat li jiżviluppa industrija tal-enerġija rinnovabbli barra mill-kosta għal tranżizzjoni lejn in-newtralità tal-klima sal-2050. Bħala parti minn dan l-impenn, aktar kmieni din is-sena ħareġ għall-konsultazzjoni pubblika document dwar l-offshore policy.

Malta tibqa wkoll impenjata li tappoġġja t-tranżizzjoni ħadra fis-settur tal-bini kif innotat fl-abbozz tal-NECP. F’Lulju 2023, il-gvern ħareġ konsultazzjoni pubblika document dwar improved Energy Efficiency standards to increase the energy performance in buildings, filwaqt li introduċa wkoll qafas leġiżlattiv dwar l-installazzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fuq bini li jilħaq l-għoli massimu. 

Dwar l-addattament għall-azzjoni klimatika, kif enfasizzat fl-abbozz tal-pjan NECP, se jsiru valutazzjonijiet ta’ vulnerabilità biex jiġu identifikati dawk l-oqsma li jeħtieġu aktar attenzjoni. Dan se jgħin biex jiġu stabbiliti l-miri skont il-valutazzjonijiet kontinwi tar-riskju ta’ vulnerabilità.

Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet dawn ir-rapporti dwar l-adattament, bħala parti mill-progress biex tara kif l-Unjoni Ewropea qed tadatta għall-mira tan-newtralità tal-klima sal-2050. Fil-fatt, għall-ewwel darba f’erba snin, il-pajjiżi Ewropej ġew mitluba jirrevedu u jissottomettu aġġornamenti tal-pjanijiet nazzjonali tagħhom. 

Il-Kummissjoni Ewropea innotat li l-istati membri jinsabu fit-triq it-tajba, minkejja li jeżistu lakuni fl-ambizzjoni biex jinkisbu miri u għanijiet miżjuda għall-2030 fil-politiki dwar il-klima u l-enerġija. Il-Kummissjoni, madankollu, irrikonoxxiet li kien għadda ftit wisq żmien bejn il-finalizzazzjoni tal-pakkett FIT-for-55 u s-sottomissjoni tal-abbozz ta’ NECPs aġġornati.

Ekonomija

Sport