Il-Kummissjoni Ewropea ftit tal-ħin ilu tat l-ewwel dettalji tekniċi għat-talba li Malta kienet għamlet fid-19 ta’ Diċembru li għadda dwar fondi taħt il-pjan ta’ rkupru u reżiljenza (RRP).
Il-Kummissjoni għandha tevalwa r-rapport preliminari. F’Marzu mistennija li tagħti l-analiżi finali fejn wara li jkun hemm il-kunsens fi żmien xahar mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea Malta tkun tista’ tingħata dawn il-fondi li jlaħħqu l-miljuni ta’ ewro.
Id-deċiżjoni finali mistennija tingħata f’Marzu li ġej u minn dakinhar stess Malta tibda tgawdi minn dawn il-fondi.