Hekk kif aktar kmieni llum ippubblikajna l-istorja tal-ġurnalista Ukrena li madwar erba’ snin ilu ħarbet mill-Ukrajna minħabba li ħassitha mhedda waqt xogħolha, illejla fuq il-programm AWLA mistennija joħorġu aktar xeni xokkanti ta’ dak li għaddej fil-gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja.
Fost il-mistiedna tal-programm hemm proprju koppja Ukrena li se jirrakkuntaw kif ġew maħtufin u li sussegwentament irnexxielhom jaħarbu u spiċċaw f’Malta. Mistiedna oħrajn huma l-Ambaxxatur John Debono, Marc Vella Bonnici, Neil Camilleri u Giuseppe Attard.
Xhur wara li ġew maħtufin, qalb it-taqlib ta’ ħajjithom, qarib tagħhom ċemplilhom u qalilhom li l-kelb tagħhom kien baqa’ jistenniehom fid-dar fejn kienu jgħixu.