Wara deċiżjoni li ttieħed fil-Qorti, sid ta’ kelba ġie rrfjutat milli jżomm lil kelba tiegħu iktar. Kien għalhekk li bħalissa l-kelba li ġġib l-isem ta’ Meyshka qegħda tingħata l-għajnuna meħtieġa wara li nstabet f’kundizzjonijiet ħżiena.
Dan qalitu l-Animal Welfare ta’ Għawdex fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook, fejn sostnew li l-kelba instabet b’diversi tumuri u b’uterine prolapse u li meta nstabet kellha ħafna uġieħ.
Huma żedu jgħidu li wara żewġ operazzjonijiet, il-kelba tinsab ħafna aħjar u li jonqosha biss waħda qabel ma’ tkun lesta biex tmur għand familja li lesta tieħu ħsiebha.
Temmu jgħidu li it-tgħajjir u l-offiżi mhumiex se jkunuta’ għajnuna għal Meyshka. Dan filwaqt li appellaw sabiex il-pubbliku jwassal lil messaġġ li hemm kelba ħelwa għall-addozjoni.