Saturday, May 18, 2024

L-Importanza tat-Tagħlim tas-Soft Skills għas-Suċċess Personali kif ukoll Professjonali

Aqra wkoll

Fid dinja tal-lum b’ritmu mgħaġġel u li dejjem tivolvi, kull suċċess mhuwiex determinat biss mil-kapaċitajiet teckniċi u/jew akkademiċi ta’ l-individwu.  L-edukazzjoni mhix limitata għal kotba u memorizzazzjoni.

Filwaqt li l-ħiliet tradizzjonali jibqgħu essenzjali, l-iżvilupp tal-ħiliet personali kiseb prominenza fis-seklu 21. Il-ħiliet personali (‘soft skills’) jinkludu firxa ta’ abbiltajiet ta’ intelliġenza interpersonali u emozzjonali li għandhom rwol kruċjali fis-suċċess personali u professjonali.

F’dan l-artikolu, nesploraw is-sinifikat tas-“soft skills” u kif l-edukaturi qed jgħallmu din l-arti biex jippreparaw lill-istudenti għal dinja dinamika u aktar globali.

Hekk kif il-post tax-xogħol qed ikompli jevolvi, min iħaddem qed jagħraf dejjem aktar il-valur ta dawn il-ħiliet personali. Skont stħarriġ mill-Forum Ekonomiku Dinji, l-intelliġenza emozzjonali, il-kreattività, titgħellem kif titgħallem, u s-soluzzjoni problemi kumpessi,ser ikunu fost l-aktar ħiliet imfittxija minn min iħaddem fil fil fatt naħseb il Malta qedin lura f’dan ixorta ta tgħallim, u nibza li kif ġralna fit telf irriversabbli tat-tarzna, fejn intillfu snajja u ħaddiema bieżla u tas sengħa, simila għal l-egħluq ta l-iskejjel tas snajja, nitilfun ukoll din l-opportunita li nkabbru d dinjita tal ħaddiem.

Meta qed ngħid ħaddiem niddefinixxi ħaddiem li jmiss lgħodda ta’ kuljum b’idu. Li jħabbel moħħu kif ser isolvi problemi li jintaqa magħom kull ħin fuq il lant tax xogħol, ħaddiem maħlub li jaħdem kuljum magħtulek ja sena, ħaddiem li jaħdem l isptarjiet, edukaturi, fi djar tal anzjani, imma wkoll ħaddiema li jinvestu u jitħu fabrriki, insomma il ħaddiem kollha nis u rġiel ta kull ġens  li jgħatu xogħol, servizz u ħajjtom biex huma u l pajjiż ikompli jimxi l quddiem.

Min iħaddem u jkun ta’ l-affari tiegħu u l-edukaturi rrikonoxxew ir-rwol kruċjali li għandhom is-‘soft skills’ kemm fil ħajja personali kif ukoll  dik professjonali. Dawn l-hekk imsejjħa ‘soft skills’, jinkludu firxa ta’ kwalitajiet li jippermettu l- individwi jikkomunikaw, jikkollaboraw u jadattaw b’mod effettiv f’diversi sitwazzjoniet. Ser naraw kemm huwa mportanti s-sinifikat tat-tagħlim ta ‘soft skills’ u kif dawn jistgħu jkollhom impatt positiv fuq il ħajja ta’ kull wieħed u waħda minnha.

It-tagħlim tas’soft skills’, m’ħuwiex dwar is-sostituzzjoni tal ħiliet tradizzjonali iżda pjuttost li jikkumplimentom. It-tnejn huma essenzjali għas-suċċess. Studenti li jopposeddu ‘s-soft skills’ b’saħħithom, huma mgħammra aħjar biex jadattaw għall-bidla, jaħdmu tajjeb fit-timijiet, u gruppi, u/jew immexxu, jikkomunikaw b’mod effettiv, u jagħmluhom pedina mportanti u siewja fi kwalunkwe organizzazzjoni.

 X’inhuma ‘Soft Skills’

Is-‘Soft Skills’ huma ħiliet u karatteristiċi li mhumiex tekniċi, imma jippermettu lill- individwi jaġixxu b’mod effetiv ma l-oħrajn. Dawn jinkludu firxa wiegħsa ta’ kwalitajiet, inklużiiżda mhux limitati għal:

  • Ħila biex tikkomunika: Komunikazzjoni effettiva  verbali, jigieri bil kliem, jew bil miktub, l-abilita’ li twassal l-ideat b’mod ċari u tkun kapaċi tipperswadi, kif ukoll li tisma, b’mod attiv.
  • Komunikazzjoni interpersonali: tkun kapaċi tibni relazzjoni u żżoqqa, tkun empatiku/a u l-abilta’ li taħdem ma haddieħor, hu x’inhu t-twemmin tiegħu, il generu’, kulur tal ġilda u reliġjon.
  • Ħiliet li tagħti soluzzjoni għal problemi: tippossedi ħsieb kritiku, tuża l kreativita’, u tkun lest/a li meta issib ma wiċċek sfida jkollok il kapaċita li ssolvi l problemi li jinbtu, min żmien għal żmien.
  • Tkun kapaċi li timmaniġġja li ħin:tuża li ħin tiegħek tajjeb kif ukoll tkun effiċjenti fil, kapaċi li tagħmel il prijoritajiet u żżommom, biex tiħaq l-għanijiet fil ħin stipulat.
  • Intelliġenġenza Emozzjonali: tirrikonoxxi u tikkontrolla l-emozzjonijiet tiegħek u tifhem l-emozzjonijiet ta’ l-oħrajn.
  • Taħdem bħalha tim: tikkolabora ma sħabek u ma gruppi differenti, kemm jekk tkun mexxej jew parti mit-tim u tikkontribwixxi għal għan kolletiv.
  • Il-ħila li tkun kapaċi ssolvi konflitti: il medjazzjoni tal kunfitti  u tfittex soluzzjoniet għall partijiet nvoluti fil kunflitt.

L-importanza tat tagħlim ta ‘soft skills’

Wara rajna ħafif xinhuma uħud mis-‘soft skills’ ser naraw l-importanza li persuna tkun taf  u jkollha l-kapaċita’ li tapplikka dawn il ħiliet. Ma nixtieqx li niftehem hażin imma dawn il-ħiliet, m’għandhomx x’jaqsmu mal- livell tal edukazzjoni li persuna tkun tipposeddi. Tajjeb li persuna jkollha edukazzjoni akkademika tajba u soda flimkien ma dawn il ħiliet, imma mhux dejjem jiġri hekk. Ħa nagħti ftit eżempji ġeneriċi.

Tabib li zgur studja u għandhu edukazzjoni fil qasam mediku, imma jista’ jkun nieqes mill empatija biex iwassal messaġġ lil pażjent b’tali mod li jħalli għall inqas ftit tama. Kemm tisma stejjer, li jgħidulek li t-tabib, professur tani 3 ohra xhur ħajja. Jistgħa jkun hekk, anzi l-probablita hekk ikun, imma ħallilu tama,  lil pażjent tkompliex  tagħksu.

Taħsbux li t-tobba kollha hekk ta’!. Eżempju  ieħor Manager studja u għandhu degree fil qasam maniġerjali,imma meta jiġi biex jitkellem f’sala nies, jimmuta u jxokk l għaraq għaliħ. Kappillan, qassis, isqof u x’naf jien jippriedka, jew jaqra mingħajr ma jagħmel kuntatt bil fattizzi ta wiċċu, jdejħ, għajnejħ u x’naf jien.

Allura dan iġibni għal punt kardinali li s-‘soft skills’ huma rekwiżiti fundamentali fis suq tax-xogħol, illum aktar min qatt qabel. Nghiduwha kif inhi, kultant anke t-teknologija f’1ertu sens ma tgħinekx. Familja, koppja, weħidom jew bit tfal, mal ħbieb, management meetins, seminars, eċċ, kullhħadd itektek fuq li smart phone, tablet, iPad u x’naf jien u lanqas sinjal ta kummunikazzajoni bejn il bnedmin.

Ukoll id-dinja llum saret globalizzata u inutli ngħidu li ma rrdux barranin f pajjizna meta d-dinja kollha mimlija b ħaddiema barranin. Allura anke aħna rridu nkunu nafu kif ser nwieġbu għal din is-seħja u anke huma iridu jittħarġu fl etika tagħna u d drawwiet l-ilna nħaddnu snin twal.

Min iħaddem mhux biss irid ifittex individwi b’kompetenzi tekniċi, iżda  lil wkoll dawk li jkunu kapaċi jikkomunikaw jikkolaboraw, jimxu ma l-etika tax-xogħol, isiru parti mit tim u fuq kollox jaddataw għaċ cirkostanzi li dejjem jinbidlu fid-dinja tax-xogħol.

Immaginaw kumpanja magħrufa f’Malta li tħaddem madwar elf ħaddiem, għandha 23% ħaddiema barranin, min diversi pajjizi fid-dinja. Tim tal futbal tal-premier speċjalment? Taljani, Brażiljani, Serbi, Kroati, Afrikani , Ġappunizi, insomma ta kull ġens. U dawn u aħna rridu nikkomunikaw flimkien.

Allura, iridu nifmhu li t-tagħlim tas-‘soft skills’ matul ħajjitna hu  maġgħun  mal personalita’ u mal-karrieri tagħna,u jsir parti ntegrali mit-tagħlim sabiex jiżdied il valur mizjud.

Bħala konklużjoni, is soft skills’ m’għadhomx fl lista li tista tagħżilom jew le,  iżda essenzjali fid-dinja tal-lum li qed tinbidel malajr u b’għaġla kbira. It-tagħlim tal-arti ta ‘soft skills’,  sar aspett fundamentali tal-edukazzjoni. Dawn il-ħiliet, li jinkludu kif semmejna aktar il fuq komunikazzjoni, ħidma f’tim, adattabilità, intelliġenza emozzjonali,  u oħrajn aktar, għandhom rwol kritiku fis-suċċess personali u professjonali.

Hekk kif l-edukaturi u l-istituzzjonijiet ikomplu jirrikonoxxu s-sinifikat tagħhom, qed jintegraw l-iżvilupp tal-tas ‘soft skills’ fil-kurrikuli permezz ta’ tagħlim interattiv, opportunitajiet esperjenzali, workshops ta’ intelliġenza emozzjonali, u aktar. 

Dan l-approwċ ħolistiku għall-edukazzjoni jiżgura li l-istudenti mhux biss ikollhom ħiliet itradizzjonal, iżda wkoll il-kapaċità imprezzabbli li jinnavigaw fil-kumplessitajiet ta’ dinja dinamika u interkonnessa. Billi ngħallmu l-arti ta ‘soft skills,’ aħna nagħtu s-setgħa lill-ġenerazzjoni li jmiss biex teċċella fil-karrieri tagħhom u tmexxi ħajja sodisfaċenti.

Sport