Wednesday, July 24, 2024

Serie A: Konfront dirett bejn Bologna u Juventus għat-tielet post

Aqra wkoll

Meta tintlagħab il-ġurnata ta’ qabel l-aħħar tas-Serie A, it-taqtiegħa għat-tielet post tista’ tiġi deċiża hekk kif f’konfront dirett Bologna jospitaw lil Juventus, it-tnejn b’67 punt kull wieħed.  

Bologna v Juventus – Friski mir-rebħa tal-Coppa Italia kontra Atalanta, Juventus imorru għand Bologna bil-mistoqsija tkun – min se jtemm fit-tielet post?

Rebħa tagħti spinta kbira biex jintlaħaq dan it-tragward minħabba li fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat, filwaqt li Juventus jilqgħu lil Monza, Bologna jmorru ji­lagħbu għand Genoa. 

Wara li Bologna kitbu l-istorja billi kkwalifikaw għall-ewwel darba fil-UEFA Champions League, huma jridu jtemmu t-tielet liema pożizzjoni kienet ġiet reġistrata darba biss … fl-istaġun 1966-67 (minn wara it-Tieni Gwerra Dinjija ‘l hawn). Inċidentalment, f’dak l-is­ta­ġun Juventus kienu rebħu l-Iscudetto. 

Iżda huma se jaffrontaw team b’moral mill-aktar għo­li wara s-suċċess tat-tie­ni unur prestiġjuż li rebħuh għall-15-il darba. 

Barra minn hekk, il-Bianconeri jridu jirritornaw għar-rebħa minħabba li fl-aħħar ħames ħarġiet kel­lhom jikkuntentaw b’ħames draws … filwaqt li Bologna ġew miżmuma darbtejn u rebħu t-tnejn l-oħra. 

Huma ma jistgħux jutilizzaw lil Mattia de Sciglio li għadu mweġġa’ u b’hekk jibda jipprepara għall-ista­ġun li ġej.

Min-naħa l-oħra, Joshua Zirkzee, Lewis Ferguson u Adama Soumaouro se jku­nu neqsin għal Bologna min­ħabba l-istess raġuni.

Lecce v Atalanta – Atalanta jridu jinsew id-diżappunt tal-Coppa Italia, u jikkonċentraw fiż-żewġ par­titi kruċjali li ġejjin … illum kontra Lecce u nhar l-Erbgħa li ġej kontra Bayer Leversuken fil-finali tal-UEFA Europa League. 

Rebħa kontra Lecce tres­saqhom lejn il-kwalifikaz­zjoni tal-UEFA Champions League … bil-ħames post. U minkejja li qed jiġu segwiti minn Roma, huma jridu jirkupraw partita. 

Il-pressjoni tinsab kollha fuq il-Bergamaschi hekk kif jistgħu jibqgħu b’xejn. 

Għall-konfront kontra Lecce, huma ma jistgħux jagħmlu użu mis-sospiż, l-Olandiż Teun Koopmei­ners filwaqt li Sead Kolasinac u Emil Holm qed jirkupraw minn injury. 

Inter v Lazio – Iċ-cham­pions il-ġodda, Inter, jilq­għu lil Lazio li huma aċċertati minn post fil-UEFA Confe­rence League. 

Din se tkun l-aħħar partita f’San Siro għal Inter u għaldaqstant se jiġu ppre­żentati bit-trofew tal-20 Scudetto mirbuħ min-Nerazzurri … bl-aħħar waħda tkun għand Verona. 

Bla dubju, dan il-konfront se jkun formalitá fejn se jara lil Inter jiċċelebraw wara li l-captain tat-team, Lautaro Martinez, jgħolli t-trofew. 

L-uniku player nieqes se jkun Francesco Acerbi min­ħabba injury fil-groin filwaqt li Denzel Dumfries huwa dubjuż. 

Ekonomija

Sport