Monday, May 13, 2024

Il-kelba Meyshka tinsab lesta biex tmur għand familja li se tieħu ħsiebha

Aqra wkoll

Wara deċiżjoni li ttieħed fil-Qorti, sid ta’ kelba ġie rrfjutat milli jżomm lil kelba tiegħu iktar. Kien għalhekk li bħalissa l-kelba li ġġib l-isem ta’  Meyshka qegħda tingħata l-għajnuna meħtieġa wara li nstabet f’kundizzjonijiet ħżiena. 

Dan qalitu l-Animal Welfare ta’ Għawdex fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook, fejn sostnew li l-kelba instabet b’diversi tumuri u b’uterine prolapse u li meta nstabet kellha ħafna uġieħ. 

Huma żedu jgħidu li wara żewġ operazzjonijiet, il-kelba tinsab ħafna aħjar u li jonqosha biss waħda qabel ma’  tkun lesta biex tmur għand familja li lesta tieħu ħsiebha. 

Temmu jgħidu li it-tgħajjir u l-offiżi mhumiex se jkunuta’ għajnuna għal Meyshka. Dan filwaqt li appellaw sabiex il-pubbliku jwassal lil messaġġ li hemm kelba ħelwa għall-addozjoni. 

Sport