Wednesday, July 24, 2024

Jesus Navas se jħalli lil Sevilla

Aqra wkoll

Sevilla ħabbru li, fi tmiem l-istaġun f’Ġunju, Jesus Navas se jħalli l-club. Il-player qal lit-tmexxija tal-club bl-istituzzjoni qasmet l-aħbar fuq il-pjattaformi soċjali tagħha.

Wara 17-il staġun fis-Sanchez-Pizjuan mifruxa fuq żewġ perjodi, id-difensur lemini Jesus Navas iddeċieda li wasal iż-żmien li jħalli lil Sevilla, kif għamel fl-2013.

“L-akbar leġġenda ta’ Sevilla ħabbar li se jitlaq fi tmiem l-istaġun,” qal il-club fuq il-midja soċjali. Fl-istqarrija, il-club ifakkar fl-esperjenza estensiva tad-difensur, li se jitlaq ‘bħala l-iktar player li jkun lagħab u l-iktar dekorat’.

Skont Sevilla, Jesus Navas ħabbar id-deċiżjoni tiegħu l-Ħamis filgħodu lil sħabu kollha u lill-persunal tal-coaching waqt is-sessjoni ta’ taħriġ, José Ramon Cisneros Pala­cios.

“Sevilla jixtiequ jawguraw ix-xorti t-tajba lil Jesus Navas fl-isfida professjonali l-ġdida tiegħu, u jirringrazzjawh għad-dedikazzjoni, il-professjonalità u l-onestà li bihom iddefenda l-flokk ta’ Sevilla, li tiegħu sar l-akbar emblema,” iżżid l-istqarrija.

Il-leġġendarju se jkun jista’ jgħid l-addio lill-partitarji tiegħu fil-25 ta’ Mejju, meta Sevilla jilqgħu lil Barcelona. F’każ li l-partita tiġi skedata mill-ġdid l-addio jsir is-Sibt ukoll fit-8.00 pm.

Jekk Navas għandu ħsieb ieħor u jrid jibda stadju ġdid fil-club, għalkemm ‘il bogħod mill-ground, “Sevilla jiftħu l-bibien għall-futur fir-rigward ta’ ritorn possibbli biex jibda avventura ġdida fi rwol professjonali ieħor”.

Kemm hu hekk, b’erba’ Europa Leagues, żewġ Copa del Rey, Super Cup Ewropea u Super Cup Spanjola, 688 logħba milgħuba għal Sevilla, 38 goals skorjati u 84 assist, Navas se jħalli lil Ramon Sanchez-Pizjuan fl-età ta’ 38 sena. Għad irid jara x’jiddeċiedi dwar il-karriera professjonali tiegħu.

Navas lagħab għal erba’ snin ma’ Manchester City mill-2013 sal-2017 li fihom lagħab 125 logħba u skorja erba’ goals. Huwa rebaħ il-Premier Lerague darba u l-League Cup darbtejn.

Navas libes il-flokk nazzjonali Spanjol 51 darba u skorja ħames goals bl-unuri ma jonqsux meta rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-2010, il-Kampjnat Ewropew fl-2012 u n-Nations League fl-2022-23.

Ekonomija

Sport