Wednesday, July 24, 2024

Il-kamp tal-coach Xavi jħeġġuh biex jitlaq lil Barcelona

Aqra wkoll

Il-coach ta’ Barcelona, Xavi Hernandez, għamel dak li qal li ma kienx se jagħmel għal diversi xhur fl-2024 – ibiddel fehem­tu dwar il-futur tiegħu mal-club.

F’ġimgħa kaotika, fejn l-ew­wel deher li l-club kien ħerqan li jimxi ‘l quddiem mingħajru, iżda laqgħa spiċċat bi ftehim biex ikompli, il-president Joan Laporta ħabbar li Xavi se jkom­pli fil-kariga tiegħu għal staġun ieħor.

Dik id-deċiżjoni ma ntlaq­għetx bil-ferħ li wieħed seta’ jittama f’Can Barca. Ġranet wara, Barcelona sfaw tilfu bl-iskor kbir ta’ 4-2 kontra Girona f’Montilivi, filwaqt li fil-logħba tagħ­hom f’darhom kontra Real Socie­dad is-sezzjoni tal-kant kan­taw ismu. Dan intlaqa’ bit-tisfir ‘il hawn u ‘l hinn, iżda kien hemm ukoll kant ħafif ta’ ‘Barcelona iva, Laporta le’ fl-istands ta’ Montjuic.

Id-direttur sportiv, Deco, ma kienx jaqbel mad-deċiżjoni li jkompli ma’ Xavi, minkejja ċaħdiet pubbliċi mit-tnejn.

Huma żvelaw ukoll li dawk qrib Xavi qed iħeġġuh biex iħalli l-club kemm jista’ jkun malajr, bla ma jaraw li l-affarijiet jistgħu jispiċċaw tajjeb.

Irid ikun hemm bżonn ta’ ħruġ enormi ta’ stima personali biex Xavi jagħmel it-tieni U-turn fuq il-futur tiegħu, jaf li jkun suġġett għar-redikolu ta’ kul­ħadd.

L-immaġni ta’ Xavi diġá ġiet imċajpra fl-istampa Katalana, iżda bi tmexxija instabbli bħal din forsi jkollha impatt fuq kull tama li għandu li jkollu mpjieg ieħor fuq il-linja.

Ekonomija

Sport