Wednesday, July 24, 2024

Hockey: Qormi Daikin fl-ewwel post ta’ Pool B

Aqra wkoll

Qormi Daikin wettqu rimonta mill-aqwa sabiex kisbu draw prestiġġjuż ta’ 2-2 kontra Siauliai Ginstrektė-Akademija tal-Litwanja.

F’din il-logħba valida mill-Euro Hockey Challenge 2, il-Qriema kienu żewġ gowls minn taħt f’nofs it-tielet quarter iżda għarfu jwettqu reazzjoni sabiex kisbu punt minn din il-partita.

Povilias Sinkevicius ta vantaġġ doppju lil-Litwani iżda Qormi ġabu l-iskor indaqs grazzi għall-gowls ta’ Luke Bajada u Keith Bajada.

Trust Payments Floriana Young Stars sfaw megħluba minn Furuset Landhockey Klubb tan-Norveġja 2-0. Dawn tal-aħħar skorjaw gowl fl-ewwel żewġ quarters u minkejja li l-Greens ippruvaw reazzjoni, id-difiża avversarja kienet ferm kumpatta.
Sebastian Skaugvoll u Alexander Johnsen skorjaw iż-żewġ gowls ta’ Furuset.

It-timijiet Maltin ikunu fl-azzjoni llum fl-aħħar logħbiet tal-gruppi fejn fid-9.30am Qormi Daikin jilagħbu kontra Roslagens tal-Iżvezja filwaqt li fis-2.30pm Trust Payments Floriana Young Stars jaffrontaw lil Soroksari Olcote tal-Ungerija.

KLASSIFIKA – POOL A

Eagles 10, Furuset, Soroksari 6, Floriana 0

KLASSIFIKA – POOL B

Siauliai, Qormi 7, HC Luxembourg 6, Roslagens 0

Ekonomija

Sport