Saturday, November 23, 2024

Il-kelliem tal-Prim Ministru jiċċara dwar is-safra

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-kelliem tal-Prim Ministru Robert Abela ikkjarifika ż-żjara li dan għamel fi Sqallija.

Fuq il-paġna tiegħu tal-Facebook Nigel Vella sostna li Abela waqqaf btala ta’ ftit jiem ma’ martu u bintu u s-Sibt filgħaxija irritorna Malta biex jindirizza lill-poplu u wara jiltaqa’ mad-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci.

“Matul il-ftit jiem qosra ta’ mistrieħ, il-Prim Minsitru baqa’ jaħdem u jerfa’ ir-responsabbiltajiet kollha tiegħu f’kuntatt kontinwu mal-membri tal-Kabinett”, żied jgħid Vella.

Huwa spjega kif flimkien mal-Avukat tal-Istat (Victoria Buttigieg) nhar il-Ħadd il-Prim Ministru kiteb il-liġijiet rispettivi li tħabbru t-Tnejn b’rabta mal-kontroll tal-imxija.

Vella kompla li t-Tnejn stess Abela mar lura għall-familja tiegħu biex jirritornaw flimkien aktar tard matul il-ġurnata.

Il-kelliem tal-Prim Ministru għamilha ċara wkoll li fil-Gazzetta tal-Gvern tat-13 ta’ Awissu kien tħabbar li Fearne kien se jservi bħala Aġent Prim Ministru.

Sport