Thursday, October 10, 2024

“Ninsabu fit-tieni mewġa u mhumiex jammettuha pubblikament”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u mexxej tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia f’konferenza tal-aħbarijiet li għamel fl-aħħar ħin qal pajjiżna bħalissa jinsab għaddej mit-tieni mewġa ta’ din il-pandemija, iżda la l-Prim Ministru, la d-Deputat Prim Ministru, u l-ebda esponent tal-Gvern ma jridu jammettuha pubblikament.

Delia kompla biex jgħid li Robert Abela abbanduna lil pajjiżna u wara li ġab din is-sitwazzjoni b’idjeh issa ħalla f’idejn id-Deputat mexxej tal-partit Chris Fearne.

Delia reġa sostna li l-Parlament għandu bżonn jiltaqa’ biex il-Parlament jiddiskutu l-effetti tal-Pandemija u qal li filwaqt li għal darba oħra l-Partit Nazzjonalista reġa’ stiednu biex jagħti l-kontribut tiegħu bħala oppożizzjoni, il-Prim Ministru naqas milli jwieġeb għal din is-sejħa.

Il-kelliem għas-Saħħa, Stephen Spiteri, saħaq li pajjiżna qiegħed jiffaċċja sfida kbira, “għaliex kuntrarju għal dak li seħħ fl-ewwel mewġa, issa li qegħdin ngħaddu minnha fit-tieni mewġa, qegħdin nieħdu l-affarijiet for granted. Illaxkajna, u ta’ dan, ser ikun hemm numru ta’ konsegwenzi li qegħdin joffru s-servizzi tas-saħħa.”

Intant, il-Kelliema għall-Anzjani Maria Deguara saħqet li “t-tbatijiet psikoloġiċi li għaddew minnhom biex itaffu t-tbatija, kienu għalxejn. Dan għaliex mxew kontra kull sens komun. Il-Gvern li ġie elett biex iħares s-saħħa tal-poplu, poġġa lill-ekonomija fuq pedestall.”

Sport