Sunday, December 29, 2024

IL-KELMA PAĊI KWAŻI NTESIET!

Aqra wkoll

Il-kunflitti u l-gwerer li qed iħallu warajhom traġedji umani qed juru li donnha l-komunità internazzjonali nsiet l-eżistenza tal-kelma paċi u t-tifsira tagħha u n-narrativa llum hija aktar iffokata fuq il-ħtieġa li lpajjiżi jarmaw lilhom infushom b’armamenti moderni taħt l-iskuża tad-difiża tas-sovranità u territorju tagħhom.

Saħansitra din in-narrattiva dwiet anke fi ċrieki tal-Unjoni Ewropea fejn l-akbar grupp fil-Parlament Ewropew, il-Partit Popolari Ewropew ħambaq kemm felaħ biex l-Ewropa tħejji ruħha militarment għal kull eventwalità.

Saħansitra kien hemm min qal li l-UE għandha tarma aktar lilha nnifisha biex ikollha biex tbeżża lir-Russja u lil Putin personalment. Jidher ċar li s-sanzjonijiet mhuma jwasslu mkien tant li ż-żewġ gwerer għadhom għaddejjin. Mhux talli hekk talli xi Stati Membri tal-UE qed isostnu u jħeġġu aktar dawn il-gwerer meta qed jipprovdu u jibagħtu armamenti speċjalment lill-Ukrajna kontra r-Russja.

Xenarji internazzjonali ta’ din ix-xorti la jagħmlu sens u wisq inqas jagħmlu ġid. Ċertament li jekk xi pajjiż jarma ruħu għal kontra pajjiż ieħor, il-pajjiż avversarju mhux se joqgħod b’idu fuq żaqqu u żgur li jarma lilu nnifsu wkoll. B’hekk il-periklu hu li terġa’ tinbeda l-ġirja għallarmamenti, ġirja li konna mingħalina li ntemmet ma’ tmiem il-gwerra bierda fis-26 ta’ Diċembru tal-1991.

Titwila lejn x’qed jiġri fir-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi, turina li hemm kunflitt jew gwerra għaddejja f’xi reġjun jew ieħor. U proprju hawn li nistaqsu x’valur u x’siwi għandh l-komunità internazzjonali miġbura fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti. Dawn
it-traġedji umani u ġenoċidji li spiss nisimgħu dwarhom qed narawhom. iseħħu taħt imnieħer in-Nazzjonijiet Uniti.

Aktar u aktar meta niftakru li n-NU ġiet imwellda bil-ħsieb li fid-dinja ssaltan il-paċi u mhux ilgwerer u l-kunflitti. Iżda dan l-għan qed ifalli milli jintlaħaq tant li riżoluzzjoni u kundanna wara l-oħra tan-NU ġew injorati, partikolarment
minn Iżrael.

Għalhekk hija ironija, li pajjiż ċkejken bħal Malta, hija fost il-ftit ilħna li qed isejħu u jinsistu kontinwament biex tinstab it-triq li twassal għattmiem ta’ dawn il-gwerer u ssaltan il-paċi fid-dinja mhux l-inqas fir-reġjun tal-Mediterran. Pajjiżna ilu s-snin li pproklama n-newralità bħala l-bażi tal-politika internazzjonali tiegħu, li la jkun ma’ naħa u lanqas man-naħa l-oħra tal-kunflitt.

Solidali iva mal-vittmi talgwerer. Għajnuna umanitarja iva lil vittmi f’kull kunflitt imma le għajnuna militari. Il-vokazzjoni ta’ Malta għal paċi dejjiema u kullimkien urietha b’saħħa tul il-presidenza Maltija tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Maqgħuda
u anki fit-tmexxija tal-Organizazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa.

Pajjiżna daq bis-sħiħ il-ħruxija tal-gwerra fit-Tieni Gwerra Dinjija u għalhekk nemmnu li Malta, ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi m’għandha qatt treġġa’ lura l-prinċipju tan-newralità biex tifforma parti minn xi blokk militari kemm fi ħdan l-UE u anki ’l barra minnha

Ekonomija

Sport