Friday, July 19, 2024

Jitnieda l-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu 2024

Aqra wkoll

Il-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu 2024 ser isir nhar is-Sibt 3 ta’ Awwissu fil-Palazz Verdala. Din se tkun l-ewwel edizzjoni li qed tiġi organizzata taħt il-Presidenza tal-President Myriam Spiteri Debono. 

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Palazz ta’ Sant’Anton, iċ-Chairman tal-Kumitat Organizzattiv tal-Ballu, il-Markeżin Daniel De Petri Testaferrata, fisser dan il-Ballu bħala parti mit-tradizzjoni tal-Maltin u l-Għawdxin hekk kif ilu jsir għal tul ta’ snin.

Il-Markeżin irringrazzja lill-isponsors kollha li bl-għajnuna tagħhom, sena wara sena, il-Ballu jkun wieħed ta’ suċċess.

Il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono spjegat l-importanza ta’ avvenimenti bħal dawn b’risq The Malta Community Chest Fund, bil-għan li jinġabru fondi sabiex tkun tista’ tkompli tingħata tama fost l-oħrajn lil dawk li jintlaqtu mill-marda tal-kanċer. “Għinuna sabiex min iħabbtilna l-bieb għall-għajnuna, inkunu nistgħu ngħinuh,” stqarret il-President, li rringrazzjat lil kull min jagħti l-kontribut tiegħu għal dan l-avveniment.

Il-biljetti jistgħu jinxtraw online mis-sit elettroniku www.augustmoonball.com.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport