Saturday, December 21, 2024

Il-Knisja Kattolika llum tiċċelebra Kristu Re

Aqra wkoll

Illum il-Knisja qed tiċċelebra s-solennità ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu. Din is-solennità mhix antika ħafna. Kien il-Papa Piju XI fl-okkażjoni tas-sena tal-ġublew tas-sena 1925 li waqqafha.

Waħda mir-raġunijiet tat-twaqqif tagħha kienet biex juri li Kristu hu tassew il-veru sultan; sultan li jaqdi, li jissallab u jmut għall-poplu tiegħu. Sultan li flok ikollu s-suldati li jiddefendu u jmutu għalih, hu jmut għall-poplu. Għax hu ma ġiex biex ikun moqdi iżda biex jaqdi u jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra.

Fiż-żminijiet meta twaqqfet, id-dinja kienet għaddejja minn taqlib kbir u bdew jinbtu stati dittatorjali bħal Italja kien hemm Mussolini, Spanja kien hemm il-ġeneral Franco, l-Ġermaja kien hemm Hitler, ir-Russja kien hemm Stalin.
Ħafna nies għamlu minn dawn id-dittaturi l-idoli tagħhom.

U l-Papa ried ifakkar lid-dinja li l-veru Sultan u Kristu għax is-saltna tiegħu hi mibnija kif tgħidilna t-talba ta’ jum il-festa: “Int ikkonsagrajt lil Ibnek il-waħdieni, Ġesù Kristu Sidna, Qassis għal dejjem u Sultan tal-ħolqien kollu, biex itemm il-misteru tal-fidwa tal-bniedem billi joffri lilu nnifsu fuq l-artal tas-Salib bħala Vittma safja u tas-sliem; u wara li jkun ġieb il-ħlejjaq kollha taħt il-ħakma tiegħu, jagħti lilek is-saltna fuq kollox u għal dejjem: saltna ta’ qdusija u grazzja, saltna ta’ ġustizzja, imħabba u sliem.”

Id-Djoċesi ta’ Malta u anke dik t’Għawdex matul il-ġurnata tal-lum se jkunu qegħdin ifakkru dan il-jum b’ċelebrazzjonijiet diversi.

Ekonomija

Sport