Tuesday, April 23, 2024

L-Istatistiku Vincent Marmara jħabbar it-twelid tat-tarbija Alexander

Aqra wkoll

“Illum twieled Alexander. Il-mamà u t-tarbija huma tajbin.” Iddikjara dan l-Istatistiku Vincent Marmara li aktar kmieni ħabbar li hu u martu kienu laqgħu fid-dinja tarbija oħra.

L-istatistiku rringrazzja lill-ħaddiema kollha fl-Isptar Mater Dei b’mod speċjali lil Ċensina għad-dedikazzjoni tagħha waqt il-proċess tal-ħlas.

Huwa rringrazzja lil martu Danika Marmara għall-irwol tagħha bħala omm u l-kuraġġ tagħha waqt it-tqala kollha – rwol ta’ min jirrikonoxxih u jfaħħru fin-nisa kollha li jgħaddu minn dan il-proċess.

Dan is-sit jieħu l-opportunità biex jifraħ lill-koppja għal dan l-episodju tant ferrieħi f’ħajjithom.

Sport