Friday, April 19, 2024

Illum tibda t-Tazza tad-Dinja bil-logħba inawgurali tkun Qatar v Ekwador

Aqra wkoll

Illum, l-attenzjoni tad-dinja kollha ddur fuq il-pajjiż tal-Qatar hekk kif it-team ospitu jilgħab kontra l-Ekwador fil-partita inawgurali li se tintlagħab f’ Al Bayt Stadium.

Filwaqt li din se tkun l-ewwel dehra tal-Qatar fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja grazzi li kkwalifikaw bil-biljett bħala ospitanti, din se tkun l-ewwel parteċipazzjoni tal-Ekwador wara nuqqas ta’ tmien snin. 

Għall-Qatar, Ahmed Alaaeldin, wieħed mill-aqwa players, jinsab dubjuż wara li weġġa’ fil-partita ta’ ħbiberija kontra l-Albanija. Iżda huma jittamaw li l-koppja, Almoez Ali u Akram Afif, ikunu fil-forma solita tagħhom biex ikunu ta’ theddida serja fl-attakk.

Min-naħa tal-Ekwador għandhom lill-attakkant Byron Castillo dubjuż iżda huma se jdawru t-team tagħhom madwar it-tliet midfielders, Moises Caicedo, Carlos Gruezo u Jeremy Sarmiento.

Sport