Sunday, December 22, 2024

Il-koala jitpoġġa f’periklu ta’ estinzjoni

Aqra wkoll

L-Awstralja poġġiet lill-koala fil-lista ta’ speċi li jinsbu f’riskju ta’ estinzjoni. Din tapplika għan-naħa kollha tal-Kosta tal-Lvant tal-pajjiż, u dan wara li kien hemm tnaqqis drastiku fin-numri ta’ din l-ispeċi. Skont il-gvern federali din tapplika għal Queensland, New South Wales u l-Australian Capital Territory (ACT)

Deċenji ilu din l-ispeċi kienet waħda abbundanti, iżda sfortunatament snin ta’ reklamazzjoni ta’ art, nixfa, nirien, mard u theddid ieħor wassal biex in-numri ta’ din l-ispeċi jonqsu b’mod allarmanti. Din l-ispeċi kienet tpoġġiet fil-lista ta’ vulnerabbli fl-2012, u dan minkejja li f’dak iż-żmien kien diġà jidher li l-problema hija waħda serja.

Is-sitwazzjoni kienet ħadet żvolta qawwija għall-agħar fin-nirien kbar li kienu ħakmu bejn l-2019 u l-2020 meta dakinhar hu kkalkulant li kienu mietu 5,000 koalas, filwaqt li nqered ammont kbir ta’ ħabitat. 

Ekonomija

Sport